Angelica jew Nicolò – Min Huwa l-Favorit Tiegħek Fin-Nuove Proposte Ta’ Festival Di Sanremo 2026?

Il-kompetizzjoni fil-kategorija Nuove Proposte ta’ Sanremo 2026 qed tisħon, u issa li wasalna għall-fażi deċiżiva, l-attenzjoni qed tiffoka fuq żewġ ismijiet li diġà qed jiġbdu ħafna diskussjoni fost il-partitarji tal-festival.



Minn naħa għandna lil Angelica Bove, li bil-vuċi emozzjonanti u l-preżenza delikata tagħha fuq il-palk irnexxielha tħalli impatt qawwi. L-istil tagħha jħallat sensittività ma’ interpretazzjoni intensa. Min-naħa l-oħra hemm Nicolò Filippucci, artist żagħżugħ b’enerġija friska u vuċi li diġà qed tiġi deskritta bħala waħda promettenti ħafna fix-xena mużikali Taljana. Il-prestazzjonijiet tiegħu wrew maturità artistika li qabżet l-aspettattivi ta’ ħafna.



It-tnejn qed jikkompetu fil-kategorija Nuove Proposte, riservata għal talenti emerġenti, u wieħed minnhom se joħroġ rebbieħ ta’ din is-sezzjoni proprju llejla.



Ritratti:

Facebook / Festival Di Sanremo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI