Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun – A.D. 1979, jiktbu, “Inklużjoni fil-prattika. Bħas-soltu l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tkun inklussiva f’kull attività li torganizza.”
Huma jispjegaw, “Għalhekk fil-programm vokali u strumentali annwali tal-Festa kellna magħna lil Quiven Ellul u lil Alfred Reale. It-tnejn persuni neqsin mid-dawl imma b’ħafna ħafna talenti sbieħ u mużikali.”
Huma jkomplu, “Ma’ dawn ukoll nistgħu nżidu lil Raisa Falzon li ppattronizzat il-kunċert. Għal dan biss nistgħu ngħidu li kellna Festa worthit. Ferraħna lil kulħadd u ħadna pjaċir aħna wkoll. Prosit Quieven u Alfred. Għal sena oħra. Narawkom.”
Prosit ta’ dan il-ġest! Minkejja l-isfidi li għandhom nies bħal Quiven, Alfred u Raisa, nieħdu gost narawhom jipparteċipaw bl-aħjar mod li jistgħu. La għandhom it-talent, ħaqqhom ikunu parti u jferrħu lil ħaddieħor.