Dak li beda bħala frustrazzjoni fost dawk li jħobbu l-3D printing, illum sar Filacorp – marka li qed tispikka kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. L-istorja bdiet meta grupp ta’ dilettanti tat-3D printing bdew jirriċerkaw s-suq u dejjem kienu jsaqsu lilhom infushom għaliex il-filament li jinbigħ lokali, li huwa impurtat hu għali żżejjed. Dan possibilment kien minħabba li l-provvista kienet permezz ta’ ħanut wieħed biss, u għalhekk setgħu jistabbilixxu l-prezzijiet kif riedu peress li ma kellhomx kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-kwalità offruta ma kinitx stabbli meta tqis il-prezz, u b’hekk l-utenti kienu qed iħallsu aktar milli fil-verità jiswew.

Minflok ma qatgħu qalbhom, iddeċidew li jieħdu l-affarijiet f’idejhom. Huma ma riedux biss joħolqu filament ta’ kwalità għolja bi prezzijiet tajbin, imma wkoll jagħmlu dan b’mod sostenibbli billi jużaw plastik riċiklat. Wara ħafna provi, sabu formula ideali – filament b’saħħtu, affidabbli u responsabbli fuq skala ambjentali. Minn hemm, twieled Filacorp.
B’hekk solvew il-problema l-oħra li kienet in-nuqqas ta’ għażliet sostenibbli fis-suq lokali (eż. filament riċiklat). Dan ifisser li n-nies kienu essenzjalment jużaw plastik prodott apposta għall-istampar 3D, u b’hekk kienu qed iżidu l-iskart fl-ekosistema tagħna. Dan l-iskart se jkompli jikber kull sena peress li l-istampar 3D qed jinfirex malajr fid-djar, fl-ambjenti tax-xogħol, fl-edukazzjoni u aktar.

Wara dan, huma iddeċidew li jniedu l-prodott tagħhom stess, manifatturat lokalment. Huma kienu l-ewwel li nedew din l-inizjattiva u għadhom l-unika kumpanija li joffru filament magħmul lokalment. Dan mhuhiex biss ta’ kwalità għolja, iżda huwa wkoll materjal riċiklat.
Minn Idea Żgħira għal Kumpanija Internazzjonali
Filacorp kibret b’pass mgħaġġel. F’sena waħda biss, il-kumpanija rnexxielha tibgħat prodotti lil klijenti madwar id-dinja, tespandi għal 20 kulur differenti, u tintroduċi PETG bħala materjal ewlieni fil-linja tagħha. U dan kollu sar mingħajr ma naqsu mill-kwalità! Kull filament huwa ddisinjat biex jagħtik stampar bla problemi, riżultati b’saħħithom u prestazzjoni konsistenti. Kemm jekk hu passatemp, kemm jekk int negozjant, jew professjonist fl-industrija, Filacorp tipprovdi l-materjali li tista’ tafda biex tagħmel il-proġetti tiegħek reali.
Impenn Għas-Sostenibbiltà
Il-kwalità hija prijorità għal Filacorp, imma l-ambjent huwa importanti wkoll. Il-produzzjoni tagħhom hija mfassla biex tnaqqas l-iskart, billi jużaw materjali riċiklati u jużaw proċessi li jnaqqsu l-impatt fuq l-ekosistema. Minflok ma jintrema, il-plastik jintuża mill-ġdid, u b’hekk Filacorp qed tistabbilixxi standard ġdid għall-industrija tat-3D printing.

Futur Mimli Opportunitajiet
M’hemmx dubju li Filacorp għadha fil-bidu tal-vjaġġ tagħha. B’fokus fuq l-innovazzjoni, il-kwalità u s-sostenibbiltà, il-kumpanija qed tkompli tikber u tistabbilixxi ruħha bħala mexxejja f’dan is-settur. Jekk qed tfittex filament li joffri stampa konsistenti, riżultati b’saħħithom u li jagħmel il-parti tiegħu għall-ambjent, Filacorp hija l-għażla perfetta għalik!
