"Insellmu Il-Memorja Ta’ Emmanuel Agius (Leli s-Sagristan) Illi Għadda Għall-Ħajja Ta’ Dejjem." – Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

Fuq il-paġna Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893 sellmu l-memorja tal-mibki Leli s-Sagristan (Emmanuel Agius), magħruf u maħbub mill-Qriema. Bosta kienu li kkummentaw biex isellmu l-memorja tiegħu, b’tant kliem ta’ tifħir.

“Il-President flimkien mal-kumitat tal-għaqda Mużikali San Ġorġ Martri insellmu il-memorja ta’ Emmanuel Agius (Leli is-Sagristan) illi għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Leli serva’ lil Kolleġġjata tagħna għal ħafna snin bħala Sagristan żgur li jibqa’ mfakkar għal dan. Grazzi Leli tas-Servizz tiegħek, insellmulek.”

It-tim ta’ Gwida.mt jgħaddi l-kondoljanzi lill-familja tas-Sur Emmanuel Agius, qraba u ħbieb. Strieħ fis-sliem Sur Emmanuel.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI