“Insellmu L-Memorja Ta' Brian Bugeja” – Caritas Malta Jħabbru T-Telfa Ta’ Persuna Qrib Tagħhom

Caritas Malta sellmet b’mod emozzjonanti il-memorja ta’ Brian Bugeja fuq il-mezzi soċjali tagħhom, u esprimew ir-rikonoxximent tagħhom għall-kontribut siewi li ta f’dawn l-aħħar xhur. Brian kellu sehem importanti fl-esebizzjoni artistika “Nostalġija”, proġett minn Zepp Cassar u Don Heywood li ttella’ biex ifakkar u jiċċelebra l-passat kollettiv tagħna.

F’messaġġ ta’ rispett u gratitudni, Caritas Malta kitbu: “Insellmu l-memorja ta’ Brian Bugeja li kien ta’ għajnuna u sehem kbir fl-esebizzjoni ‘Nostalġija’ li ttellgħet fix-xhur li għaddew. Kondoljanzi sinċieri lill-familjari u l-ħbieb tiegħu.” Il-memorja ta’ Brian tibqa’ ħajja permezz tal-impatt li ħalla fuq dawk ta’ madwaru.

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-maħbubin tiegħu. Strieħ fil-paċi. 





Facebook / Brian Bugeja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI