“Nixtieqlek Dak Kollu Li Tixtieq Qalbek F’Dan Il-Jum Speċjali” – Melanie Kelly B’Messaġġ Mimli Mħabba Lejn Andreana

Melanie Kelly qasmet messaġġ mill-isbaħ u mimli mħabba għal Andreana hekk kif din illum tiċċelebra għeluq sninha.

F’messaġġ personali u emozzjonali, Melanie ddeskriviet lil Andreana mhux biss li tqisha bħala membru tal-familja, iżda wkoll bħala l-aqwa ħabiba tagħha u l-persuna li dejjem tista’ tistrieħ fuqha.

“Ħabibti. Oħti. Il-blata tiegħi. Ruħi. Kollox tiegħi,” kitbet Melanie, filwaqt li kompliet tisħaq kemm Andreana hija post sigur għaliha u persuna li magħha tista’ taqsam kollox.

Melanie qalet ukoll, li hija dik il-persuna li tafha minn ġewwa u minn barra, li tibqa’ maġenbha kemm fil-mumenti s-sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli, u qatt ma tieqaf turiha mħabbitha.

Hija esprimiet ukoll li l-ħajja hija sempliċement aħjar meta Andreana tkun fiha, u f’dan il-jum speċjali xtaqitilha dak kollu li tixtieq qalbha.

Aħna wkoll minn qalbna, nifirħu lil Andreana u nawgurawlha ħafna saħħa, ferħ u snin mimlija mħabba!

Ritratti:

Facebook/Melanie Kelly

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI