"Int Il-Wirt Li Ħallietli Ommi… Differenti Totali… Imma T-Trobbija U L-Imħabba Hemm Qegħdin…" – Theresa Ann Cachia

Ħu Theresa Ann qed jiċċelebra għeluq sninu llum, u f’dan il-jum tant għażiż għaliha u għall-familja kollha tagħha, hi xtaqet tikkondividi messaġġ ta’ mħabba kif ukoll numru ta’ ritratti memorabbli.

Theresa Ann kitbet dan il-messaġġ li juri kemm tgħożżu lil ħuha:
“Hija l-għażiż, int il-wirt li ħallietli ommi. Differenti kompletament… imma t-trobbija u l-imħabba hemm qegħdin, sodi. Għaddejna minn ħafna, u għad hemm ħafna x’jiġri. Imma jien miegħek, fit-tajjeb u l-ħażin, dejjem. Jien oħtok il-kbira – insomma, int l-uniku. Inħobbok qroqqa. Josef Camilleri, happy birthday!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-aqwa, u sena mimlija kollha mħabba u għożża.





Facebook / Therese Ann Cachia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI