L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 ħarġet stqarrija uffiċjali fejn il-Kumitat tagħha informa lill-Banda Duke of Connaught’s Own li qed jagħti l-kunsens biex bandisti lokali tal-Banda Sant’ Elena jipparteċipaw fil-korteo funebri tal-mibki Surmast Aurelio Belli.
Il-korteo funebri se jsir nhar is-Sibt li ġej, u din id-deċiżjoni turi s-sens ta’ għaqda u rispett bejn il-baned, speċjalment f’mument ta’ niket għall-komunità mużikali.
“Il-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena f’kommunikat uffiċjali, informa lill-Kumitat tal-Banda Duke of Connaught’s Own, li qiegħed jagħti l-kunsens tiegħu lil-bandisti tal-post tal-Banda Sant’ Elena sabiex jipparteċipaw fil-korteo funebri ta’ Mro. Aurelio Belli nhar is-Sibt li ġej.”
Fl-istqarrija tagħha, l-Għaqda Sant’ Elena esprimiet ukoll solidarjetà mal-familjari tal-mibki, u reġgħet ingħaqdet fit-talb magħhom, filwaqt li sellmet il-memorja ta’ Mro. Aurelio Belli.