L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Adrian Delia, illum qed jiċċelebra għeluq sninu, u f’din l-okkażjoni, is-sieħba tiegħu, Cynthia Galea, kitbitlu messaġġ mimli emozzjoni u affezzjoni.
Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, hi xtaqet tfakkru mhux biss f’dak kollu li jagħmel, iżda fuq kollox f’dak li jirrappreżenta għaliha u għall-familja tagħhom.
“Illum niċċelebraw lilek, żagħżugħ, mhux biss għal dak kollu li tagħmel, iżda fuq kollox għal dak kollu li int.” kitbet b'mod komiku, filwaqt li ddeskriviet lil Delia bħala persuna li sempliċement jagħmel il-ħajja aħjar bil-preżenza tiegħu f'ħajjitha.
Hi qalet, li għalija hu s-sieħeb tagħha, l-akbar sors ta’ saħħa u wkoll “l-aktar missier twajjeb li t-tifel tagħna jista' jkollu”.
Is-sieħba tiegħu kompliet tispjega, kemm timpressjona ruħha bil-mod kif iħobb, jiggwida u jipproteġi lill-familja żgħira tagħhom, u ddeskriviet dan bħala wieħed mill-akbar privileġġi ta’ ħajjitha.
Hi rreferiet ukoll, għall-vjaġġ li għamlu flimkien, li qalbet f’xi wħud mill-aktar mumenti prezzjużi ta’ ħajjitha, u ħalliet il-messaġġ tagħha b’ħafna emozzjoni u mħabba.
Delia wkoll qasam post fuq il-midja soċjali, fejn esprima li llum għalaq 57 sena u jirringrazzja lil Alla ta' kull jum li jisilfu.
It-Tim ta' Gwida wkoll jawgura l-isbaħ xewqat lil Delia!
Facebook/Cynthia Galea u Adrian Delia