“Int L-Eroj Tagħha, Il-Protettur Tagħha, Il-Post Sigur Tagħha… Aħna Kburin Ħafna Bik, Ixxurtjati Li Għandna Lilek U Nħobbuk Ħafna.” – Kylie Mizzi Lil Xylon Bristow

Xylon Bristow

L-attriċi Kylie Mizzi sellmet lill-attur Xylon Bristow f’għeluq l-40 sena tiegħu b’messaġġ mimli mħabba u gratitudni.

Lil Xylon rajnieh f’diversi produzzjonijiet iżda fost l-aktar li jispikka jinbqa’ Klassi Għalina. Fost il-kliem li kitbet, Kylie qalet: “Awguri fl-40 sena Brist. L-14-il għeluq sninek flimkien u għadni grata li qed ngħixu din il-ħajja maġenb xulxin…”

Hi kompliet tesprimi kemm tammirah bħala sieħeb u bħala missier, billi kitbet: “Int mhux biss is-sieħeb tiegħi, imma l-aktar missier inkredibbli għal bintna… Il-mod kif tħares lejk, il-mod kif jixgħel wiċċha meta tidħol mill-bieb… Int l-eroj tagħha, il-protettur tagħha, il-post sigur tagħha… Aħna kburin ħafna bik, ixxurtjati li għandna lilek u nħobbuk ħafna.”

Nistgħu niddeskrivuh bħala messaġġ li juri l-imħabba profonda u l-għaqda sabiħa li teżisti fil-familja tagħhom.

Awguri mill-qalb Xylon! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI