Il-preżentatriċi tal-programm Kuxjenza għal darb’oħra wriet l-impenn tagħha favur l-inklużjoni, l-ugwaljanza u l-għarfien dwar ir-realtajiet li jaffaċċjaw membri tal-komunità LGBTIQ+ f’Malta.
Stqarret li din kienet waħda mill-edizzjonijiet l-aktar għal qalbha, hekk kif indirizzat temi sensittivi u importanti li jolqtu direttament il-ħajja ta’ ħafna persuni.
Matul il-programm li għadda, ingħata spazju lil diversi persuni li jiffurmaw parti mill-komunità LGBTIQ+ sabiex jaqsmu l-esperjenzi, l-isfidi u l-messaġġi tagħhom.
Id-diskussjoni serviet ukoll biex twassal kliem ta’ kuraġġ lil dawk li għadhom qed ifittxu l-appoġġ meħtieġ mingħand il-familja, il-ħbieb jew il-komunità.
Il-preżentatriċi enfasizzat ukoll il-ħidma importanti tal-Malta Gay Rights Movement (MGRM), li toffri diversi servizzi ta’ għajnuna kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji tagħhom.
“Tkellimna dwar temi serji ħafna u ntbagħtu messaġġi ta’ kuraġġ għal min huwa parti mill-komunità imma għadu ma ħariġx jew ma sabx sapport,” tikteb Maria.
Tirringrazzja lil dawk li laqgħu l-istedina tagħha; Davide Cini Petra Borg u Colette Farrugia Bennett.
Prosit kbira!