Ħallas Kont Ta’ €95 U Ħalla Tip Ta’ €1,200 – Sorpriża Mill-Isbaħ Lill-Ħaddiema Tar-Ristorant Beati Paoli Fil-Belt Valletta

Il-ħaddiema tar-ristorant Beati Paoli fil-Belt Valletta spiċċaw sorpriżi wara li klijent ħalla tip ta’ €1,200 fuq kont li kien jammonta għal €95 biss. Il-ġest ġeneruż ġie żvelat fuq il-midja soċjali minn wieħed mill-kokijiet tar-ristorant, Mike, li qasam ritratt tal-irċevuta li wriet l-ammont impressjonanti li tħalla lill-istaff.

Fil-messaġġ tiegħu, Mike rringrazzja lill-klijent f’isem it-tim kollu tar-ristorant, filwaqt li saħaq li apprezzament bħal dan ifisser ħafna aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. “Hekk kif irċevejna dan il-ġest, ħassejna gratitudni kbira. Il-ġenerożità u l-apprezzament tagħkom ifissru ħafna aktar milli nistgħu nesprimu bil-kliem,” kiteb.



Huwa żied li ġesti bħal dawn ikomplu jimmotivaw lit-tim kollu biex jagħti l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti li jżuru r-ristorant. Beati Paoli, li jinsab fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta, huwa magħruf sew kemm mal-Maltin, kif ukoll mat-turisti li jfittxu esperjenza awtentika tal-kċina Maltija.



Storja bħal din mhux biss ġabet tbissima fuq wiċċ l-istaff ta’ Beati Paoli, iżda serviet ukoll bħala tfakkira ta’ kemm att ta’ ġenerożità jista’ jagħmel differenza kbira għal dawk li jaħdmu bla heda fis-settur tal-ospitalità.



Ritratti:

Facebook / Beati Paoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI