Il-Ministru Silvio Schembri qasam mument ħelu mimli mħabba mal-eluf ta’ segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali hekk kif ilbieraħ ibnu Zak għalaq 12-il sena. F’messaġġ qasir iżda mill-qalb, Schembri lbieraħ kiteb, “12-il sena llum, x’tikber sabiħ tagħna. Inħobbuk Zak!”
Il-kliem tiegħu kien akkumpanjat minn ritratt ma’ martu u ibnu Zak. Bosta persuni ngħaqdu mal-Ministru u l-familja tiegħu biex jawguraw lil Zak jum sabiħ f’għeluq sninu, filwaqt li ħallew messaġġi ta’ awguri u inkoraġġiment fuq il-paġna tiegħu.
Minn naħa tagħna, ningħaqdu wkoll fl-awguri lil Zak f’għeluq it-12-il sena tiegħu u nawgurawlu ħafna saħħa, ferħ u suċċess fis-snin li ġejjin.
Facebook / Silvio Schembri