“Intejbu L-Faċilitajiet Sportivi U Noffru Ambjent Aħjar Lil Dawk Kollha Li Jużawhom” – Il-Ministru Alison Zerafa Civelli

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli żaret il-grawnd tal-futbol tal-Isla sabiex tara mill-qrib ix-xogħlijiet li bħalissa qed jitwettqu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, bil-għan li jkomplu jittejbu l-faċilitajiet sportivi fil-lokalità. Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, il-Ministru spjegat li din iż-żjara kienet opportunità sabiex issegwi l-progress tax-xogħlijiet u tara l-interventi li qed isiru biex jinħoloq ambjent aħjar għal dawk kollha li jagħmlu użu minn dan il-ground.

"Żort il-ground biex nara mill-qrib ix-xogħlijiet li qed jitwettqu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, bil-għan li nkomplu ntejbu l-faċilitajiet sportivi u noffru ambjent aħjar lil dawk kollha li jużawhom," kitbet il-Ministru.

It-titjib fil-faċilitajiet sportivi għandu importanza partikolari għall-komunitajiet lokali, speċjalment għat-tfal u ż-żgħażagħ li jipprattikaw il-futbol u sport ieħor. Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, il-ground tal-Isla mistenni joffri ambjent aktar adattat għal dawk kollha li jużawh, filwaqt li jkompli jservi bħala spazju importanti għall-attività sportiva fil-komunità.

Ritratt:

Facebook / Alison Zerafa Civelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI