“Illum Niċċelebraw Il-Mara Li Minnha Bdejna Kollox! Awguri Mammina, Irene!! Inħobbuk!” – L-Attur Ivan De Battista

Omm Ivan De Battista

L-attur lokali Ivan De Battista wassal messaġġ mimli mħabba u gratitudni lil ommu Irene f’għeluq sninha, li jaħbat illum 13 ta’ Ottubru.

F’messaġġ mill-qalb, huwa ddeskriva din il-ġurnata bħala waħda b’tifsira speċjali għalih u għall-familja tiegħu, hekk kif jiċċelebraw "lill-mara li minnha beda kollox."

Ivan jirringrazzja lil ommu għal dak kollu li għamlet miegħu, ma’ ħutu u mal-familji tagħhom tul is-snin, kif ukoll għall-appoġġ kontinwu tagħha, il-valuri li għadditilhom u l-imħabba li dejjem uriethom.

Biex ikompli jwassal is-sentimenti tiegħu, l-attur inkluda versi tal-poetessa Christina Rossetti, li permezz tagħhom esprima x-xewqa li ommu tirċievi l-istess ferħ li hi tagħti lill-oħrajn għal ħafna aktar snin.

“Awguri mammina, Irene! Inħobbuk!” kiteb Ivan fi tmiem il-messaġġ tiegħu. Qasam anke ritratt memorabbli tal-familja għall-okkażjoni.

Nawgurawlha mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt!

Ritratt:

Facebook/ Ivan De Battista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI