Aħbar sabiħa għal ħafna telespettaturi Maltin, hekk kif Aġenzija Sapport ħabbret li se tkun qed tappoġġja x-xandir aktar inklużiv tal-Eurovision Song Contest 2026.
Għall-ewwel darba, dan l-avveniment tant popolari se jkun imxandar kompletament bil-lingwa tas-sinjali fuq TVM+, sabiex aktar nies, b’mod partikolari dawk neqsin mis-smigħ, ikunu jistgħu jsegwu l-ispettaklu.
Ix-xandir dirett se jsir fit-12, l-14 u s-16 ta’ Mejju, u huwa mistenni li jilħaq udjenza usa’ grazzi għal din l-inizjattiva importanti.
Aġenzija Sapport ħeġġet lill-pubbliku biex jaqsam din l-aħbar ma’ oħrajn li jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz, filwaqt li saħqet fuq l-importanza tal-aċċessibbiltà u l-inklużjoni fil-midja.
Facebook/ Aġenzija Sapport