Josline Camilleri, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella’ filmat ħelu b’messaġġ sempliċi iżda jekk issegwih żgur li ser jagħmlek kuntent.
Josline tgħidilna, “Jixraqlek dak kollu li tixtieq qalbek. Mur u agħmel xi ħaġa sabiħa għalik illum!”
Il-filmat jispiċċa b’Josline taqbeż il-baħar! Prosit lil Josline li kontinwament dejjem ixxandar messaġġi pożittivi u tqajjem iktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali. Tħobb tgħid ukoll kemm il-moviment bħal għawm jew mixi fin-natura huwa ta’ kontribut għal ben esseri tagħna.