“Inti L-Blata Tagħna, Il-Pilastru Tagħna, U Nħobbuk Ħafna. Awguri Għal Għeluq Sninek.” – Stephanie Chircop

Stephanie Chircop

Il-preżentatriċi Stephanie Chircop kitbet messaġġ għal persuna speċjali li llum qed tiċċelebra għeluq sninha – l-għażiża ommha.

“Kemm hu sabiħ li tgħix fil-preżent. L-ebda tilwima mill-passat, l-ebda biża’ mill-futur. Li tkun fil-preżent hi waħda mill-akbar barkiet li qatt tista’ tesperjenza. Illum, niċċelebra lil ommi, is-sors tiegħi, il-gwida tiegħi, dik li tatni l-ħajja.”

Stephanie grata lejha għall-barkiet kollha li għandha f’ħajjitha. Stephanie tkompli tikteb, “Grazzi talli int dak li int Mamà. Inti l-blata tagħna, il-pilastru tagħna, u nħobbuk ħafna. Happy Birthday.”

Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Facebook/ Stephanie Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI