“Inti Tgħini Nħossni Sigura, Ferħana, U Speċjali. Inħobb It-Tgħanniq Tiegħek, It-Tbissim Tiegħek, U L-Mod Kif Dejjem Tkun Hemm Għalija.” – Kate: Writing My Story

Charmaine Ferriggi

Fuq il-paġna Kate: Writing My Story ġie mxerred messaġġ għal ommha Charmaine Ferriggi, hekk kif illum tiċċelebra għeluq sninha.

Il-messaġġ huwa f’isem Kate u huwa indirizzat għal ommha Charmaine, fejn issemmi l-kwalitajiet sbieħ tagħha u kemm tapprezza dak kollu li tagħmel magħha.

“Awguri f’għeluq sninha lil ommi! Inti l-aqwa omm fid-dinja kollha. Grazzi talli dejjem tieħu ħsiebi, tgħinni meta l-affarijiet ikunu diffiċli, u tħobbni kuljum. Inti tgħini nħossni sigura, ferħana, u speċjali.”

Il-messaġġ ta’ Kate ikompli, “Inħobb it-tgħanniq tiegħek, it-tbissim tiegħek, u l-mod kif dejjem tkun hemm għalija. Inti l-eroj tiegħi, l-għalliema tiegħi, u l-akbar sostenitur tiegħi.”

Awguri mill-qalb Charmaine f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI