“Intom Parti Mill-Familja Tagħna, U Mingħajrkom Ma Nkunux Dak Li Aħna Llum.” – Karl U Romina Bonaci B’Messaġġ Mill-Qalb

Karl u Romina Studios

Il-preżentaturi Karl u Romina Bonaci qasmu messaġġ ġej mill-qalb fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied. Messaġġ indirizzat b’mod speċjali lejn dawk li ilhom tant isegwuhom ta’ kuljum fuq F Living.



“Awguri tal-Milied u tas-Sena l-Ġdida Minn qalbna, Karl u Romina, flimkien mal-familja tagħna u t-tim kollu ta’ F Living Channel, nixtiequ nawguraw Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija saħħa, paċi u hena lilkom u lill-għeżież tagħkom. Grazzi tal-appoġġ, tal-fiduċja u tal-imħabba li turuna kuljum. Intom parti mill-familja tagħna, u mingħajrkom ma nkunux dak li aħna llum.”



Jawguraw mumenti sbieħ għal kulħadd flimkien mal-familjar u dawk viċin tagħhom. Apparti minn hekk jibagħtu xewqat sbieħ għal sena aqwa u aħjar minn dik li għaddiet.

Awguri mill-qalb Karl u Romina mingħandna t-tim ta’ Gwida.mt. Nammirawkom wisq u nixtiqulkom ħafna affarijiet sbieħ!



Ritratti:

Facebook/ F Living

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI