“Inwegħdek Li Ser Nibqa’ Nagħtik Is-Sapport Tiegħi Tul Il-Karriera Tiegħek” – Amber Lil Kyle George

Amber Bondin

Amber, waħda mill-membri tal-ġurija f’X Factor Malta – Back To Win, mill-bidu nett tal-istaġun għarfet il-kwalitajiet uniċi ta’ Kyle George, kemm bħala artist kif ukoll bħala personalità. Meta bdiet il-vjaġġ miegħu fil-live shows, hi kompliet tikkonferma min hu.

Wara l-eliminazzjoni tal-bieraħ, Amber iddedikat messaġġ mill-qalb għal Kyle George fejn għal darb’oħra esprimiet kemm temmen fih.

“Għalija l-vuċi tiegħek hija waħda speċjali u unika li ftit hawn bħala. F’dan il-vjaġġ ta’ X Factor sirt naf iżjed min vera int… Għandek l-isbaħ ħaġa li jista jkollu artist. L-Onestà. Meta titla’ fuq palk naraw il-vera Kyle”

Amber tfaħħar it-tbissima tiegħu li tant iġġib ferħ f’ħaddieħor, u l-karattru li bla ma trid jiġbdek. “Ġbidt is-simpatija tan-nies. Inwegħdek li ser nibqa nagħtik is-sapport tiegħi tul il-karriera tiegħek,” tagħlaq Amber.

Xi ġmiel ta’ messaġġ!







Ritratti:

Facebook/ Amber

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI