Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi ta’ fama globali, Sandra Bullock. Magħrufa għal diversi films popolari bħal ‘From Speed’ u ‘The Blind Side’, illum hi tagħlaq 62 sena.
Minbarra s-suċċess tagħha fiċ-ċinema, hi magħrufa wkoll għall-ħidma tagħha fil-qasam tal-karita`, dan jinkludi organizzazzjonijiet li jgħinu t-tfal u l-familji. Filfatt, hi adottat żewġt itfal u spiss tisħaq fuq l-importanza tal-familja f’ħajjitha.
Hi maħbuba għall-karattru umli u ċajtier tagħha, kif ukoll għat-talent versatili tagħha fid-dinja tal-films. Hi kienet meqjusa bħala l-iktar attriċi mħallsa fis-sena 2010 u fis-sena 2014.
F’dan il-jum speċjali, aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Sandra Bullock għeluq snin mill-isbaħ u aktar suċċessi fil-karriera tagħha.
Facebook / Calypso Radio 101.8