“It-Tlieta 28 Ta’ Lulju Imsaħħab Ħafna Bil-Possibbiltà Ta’ Xi Raxxa Xita Tul Il-Lejl Li Jsir Xemxi Mal-Jum” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għall-jiem li ġejjin.

Huma qalu, "It-Tnejn 27 ta' Lulju ftit imsaħħab li jissaħħab wara nofsinhar u b'riħ forza 7 mix-Xlokk li jnaqqas għal forza 3 mas-sebħ. Iżda mal-jum jerġa' jitla' forza 6 wara nofsinhar u jerġa' jinżel forza 3 għal 4 mil-Lbiċ ma' nżul ix-xemx. Temperatura l-ogħla tmiss 32°C u l-inqas 24°C. It-Tlieta 28 ta' Lulju imsaħħab ħafna bil-possibbiltà ta' xi raxxa xita tul il-lejl li jsir xemxi mal-jum. Riħ ħafif forza 3 għal 2 varju. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l-inqas 23°C."

Żiedu jgħidu, "L-Erbgħa imsaħħab sa kmieni filgħodu bil-possibbiltà ta' raxxa xita sa kmieni filgħodu kmieni li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ Grigal Lvant forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 3q°C u l-inqas 24°C. Ħamis 30 ta' Lulju xemxi b'riħ forza 3 Grigal Lvant. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l-inqas 24°C.

Qalu wkoll, "Il-Ġimgħa 31 ta' Lulju ftit imsaħħab u b'riħ forza 3 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 33°C u l-inqas 25°C. Is-Sibt 1 ta' Awwissu xemxi b'riħ ħafif forza 3 Lvant. Temperatura l-ogħla tmiss 33°C u l-inqas 26°C. Il-Ħadd 2 ta' Awwissu xemxi b'riħ varju. Temperatura l-ogħla tmiss 34°C u l-inqas 26°C. Tinħass 37°C."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI