U wara xhur ta’ stennija u emozzjonijiet waslet is-seba’ u l-aħħar semifinali ta’ BRILLANTI DANCE 2026. Din is-semifinali ser tixxandar nhar is-Sibt li ġej flok illeja, minħabba l-programmi tal-elezzjoni.
Disa’ semifinalisti u minnhom ħamsa biss ser jgħaddu għall-FINALI ġewwa t-Teatru Manoel, fil-Belt Valletta.
U l-isfida ta’ din l-aħħar semifinali ser tkun waħda spettakolari fejn is-semifinalsiti tagħna ser juruna l-versatilità tagħhom billi jżewġu tnejn jew aktar stili ta’ danza bl-irtokk personali u oriġinali tagħhom!
Stennew emozzjonijiet kbar u sorpriżi mhux mistennija li ser iħallu lil kulħadd b’ħalqhom miftuħ. U għalhekk min minn Giada, Francesco, Julia, Davide, Victoria, Sienna, Aliyah, Cherly u Denise ser ikunu l-finalisti ta’ din il-ħames edizzjoni ta’ BRILLANTI?
Inkunu nafu flimkien nhar is-Sibt li ġej, 2 ta’ Mejju, fit-20.35 dejjem fuq ONE! Din il-ġimgħa BRILLANTI DANCE titilfux!
Facebook/ Brillanti