Waqt il-programm Rasimbras fuq TVM, il-mistiedna Prof. Simone Borg tkellmet mal-preżentatriċi Maria La Barokk Muscat dwar aġġornamenti rigward it-temp sajfi li hu mistenni fil-gżejjer Maltin.
Il-mistoqsija ta’ ħafna hi jekk dan is-sajf hux mistenni jkun wieħed iktar kiefer għalina, wara x-xitwa li kellna.
“Qed naraw fil-Mediterran tip ta’ maltemp li ma kienx daqshekk karatteristika tar-reġjun tagħna. Jekk qed naraw il-mewġiet tas-sħana, forsi qed ikunu aktar frekwenti minn qabel… it-temperaturi qed idumu ftit gradi iżjed min-normal ta’ dik is-sena.”
Segwi aktar fil-filmat hawn taħt: