Is-Servizzi Tal-BOV Se Jiġu Interrotti! Ara Meta

Il-paġna tal-BOV fuq Facebook qed tinforma lill-klijenti tagħha li “nhar il-Ħadd 15 ta' Novembru 2020 bejn it-3:00am u l-11:00am” se jkun hemm aġġornament fis-sistema. Il-paġna kitbet ukoll: “Matul dan l-aġġornament skedat, uħud mis-servizzi diġitali tagħna ser jiġu interrotti.”

BOV Internet u Mobile Banking - Tranżazzjonijiet li jsiru waqt dan l-aġġornament ser jiġu aċċettati imma jiġu proċessati wara l-11:00 am. Uħud mis-servizzi mhux ser ikunu disponibbli.

BOV ATMs - Tista’ tiġbed il-flus mill-ATM, tiddepożita ċekk fil-kont tal-card, twettaq top-up għall-mobile tiegħek u tara l-bilanċ. Servizzi oħra tal-ATM mhux ser ikunu disponibbli.



Customer Service Centre ser ikun disponibbli biex wieħed jirrapporta card mitlufa jew misruqa u għall-għajnuna fuq magni tal-EPOS.

BOV Cards u BOV Pay jistaw jintużaw b’mod normali, lokalment, barra minn Malta u online. Magni tal-EPOS tal-BOV mhux ser jiġu affetwati.

Facebook/BOV

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI