Is-Supretendent tas-Saħħa Pubbliku Prof. Charmaine Gauci għadha kemm tirċievi t-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 ftit sigħat ilu.
Kien hemm bosta persuni li mill-ġdid irringrazzjaw lil Profs Gauci kemm għall-eżempju tajjeb li tagħti kif ukoll għall-ħidma prezzjuża bla waqfien li qed tagħmel għall-ġid tal-pubbliku. Kien hemm diversi persuni wrew l-inkwiet tagħhom minħabba l-fatt li l-vulnerabbli u l-aktar l-anzjani għadhom ma rċevewx it-tilqima tagħhom.
Tajjeb li nfakkru li t-tim mediku u l-front liners kollha qegħdin jagħmlu kull ma jistgħu biex jagħtu l-aqwa u l-aħjar lill-pubbliku. Ejjew nibqgħu kuraġġużi sal-aħħar!