Ftit jiem ilu Jasmine kellha tiddaħħal l-isptar sfortunatament hekk kif minħabba wġigħ li kellha fi griżmejha ma bdietx tiekol u lanqas tixrob.
B’xorti tajba, ftit minuti ilu, il-ġenituri ta’ Jasmine għadhom kif ħabbru li binthom issa ħarġet mill-isptar. Fil-messaġġ tagħhom huma rringrazzjaw lit-tobba u l-infermiera ta’ Mater Dei għall-kura u l-attenzjoni tagħhom li għenu lil Jasmine sabiex tħossha aħjar.
Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Jasmine sabiex tħossha aħjar!
Facebook / Jasmine’s Journey