Il-paġna lokali A New, Better Life li b’mod regolari tippromwovi l-konsum ta’ ikel li hu sustanzjuż staqsiet lill-udjenza tagħha fuq il-midja soċjali jekk il-junk food f’pajjiżna għandux jiġi projbit minħabba d-detriment li jikkawża għas-saħħa tal-bniedem.
Huma qanqlu din id-domanda wara li l-junk food ġie fiċ-ċentru ta’ diskussjoni li rappreżentant minn tagħhom kellu mal-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living.
Min-naħa tiegħu, ir-rappreżentant tal-paġna lokali Matthaeus Grasso saħaq li fil-fehma tiegħu l-junk food m’għandux jiġi projbit f’pajjiżna iżda minflok saħaq li għandu jkun hawn iżjed għarfien.
Pexels