“Lil Ommi Ma Kontx Għadtilha Li Dieħla Love Island Imma Mbagħad Appoġjatni Bi Kbir” – Grazielle

Ftit jiem ilu wara recoupling drammatiku ġiet eliminata mir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta l-parteċipanta Grazielle Portelli.

Fuq l-istazzjon tar-radju 91.7 Magic Malta, Grazielle tirrifletti dwar l-esperjenza tagħha fuq Love Island Malta. Fost oħrajn hi ssemmi li fil-bidu ma kinitx qalet lil ommha li se tipparteċipa f’dan ir-reality xow iżda stqarret ukoll li wara li ommha saret taf, ma ratx ħlief appoġġ mingħandha.

“Fil-villa bdejt nibża’ ħafna min-nisa għax anke fid-dinja ta’ barra ma tantx nafda ċerti nisa u allura lgħabtha safe fil-villa,” saħqet l-eks parteċipanta ta’ Love Island Malta.

Grazielle saħqet ukoll li fil-fehma tagħha għad m’hemmx koppja rebbieħa fir-reality xow.







Ritratti:

Facebook / Love Island Malta u Magic Malta 91.7

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI