Isseħħ Protesta Ġudizzjarja Kontra Fearne U Charmaine Gauci Talli “Kkawżaw Paniku” Fuq Il-Covid-19 – Taqbel?

Grupp ta’ 62 ruħ ippreżenta protesta ġudizzjarja kontra l-Kap tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u qalu li kkawżaw “paniku nazzjonali” fuq il-pandemija.





Il-grupp argumenta li Gauci introduċiet sensiela ta’ restrizzjonijiet bħala parti mill-isforzi biex twaqqaf it-tixrid tal-Covid-19 mingħajr ma l-ewwel iddikjarat stat pubbliku ta’ emerġenza. Gauci ġiet akkużata wkoll li ma wettqitx diliġenza xierqa meta introduċiet miżuri mmirati biex jikkontrollaw it-tixrid tal-virus.

Il-grupp irid li Gauci tirrevoka deċiżjonijiet li, qalu, medikament ma jagħmlu l-ebda sens, inkluż l-ilbies tal-maskri tal-wiċċ fi spazji miftuħa, distanzi soċjali li jipprevjenu laqgħat tal-familja u regoli oħra relatati mad-dfin tal-qraba. Il-grupp insista wkoll li persuni f’saħħithom ma jistgħux jiġu ordnati li joqgħodu kwarantina.



Huma talbu li jiġu revokati miżuri u regolamenti li jġiegħlu lill-istabbilimenti, il-klabbs u l-iskejjel jaġixxu bħala “pulizija mad-dimostranti u ċ-ċittadini kollha”. Il-protesta ġudizzjarja ġiet ffirmat mill-avukati Rodolfo Ragonesi u Davina Sullivan.

X’taħseb dwar din il-protesta ġudizzjarja? Int taqbel mal-grupp? Iktbilna fil-kummenti.

Facebook/Charmaine Gauci/Chris Fearne

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI