It-Talbiet Għall-Iswabs Jiżiedu B'Mod Fenomenali – Madwar 10,000 Telefonata Kuljum

It-talbiet għall-iswab tests tal-Covid-19 żdiedu minn 1,000 telefonata kuljum għal 10,000, wara serje ta’ każijiet ikkonfermati marbuta, ikkonfermaw dan is-sit Times of Malta.

Numru ta’ nies li provaw jagħmlu kuntatt mal-linja 111, tħallew jistennew għal ftit ħin mhux ħażin filwaqt li ġew mogħtija appuntament għat-testijiet numru ta’ jiem wara.

Kien hemm min anke tħalla jistenna kważi siegħa fuq il-linja. Meta s-sit tagħna prova jagħmel kuntatt mal-linja 11, it-telefonata damet on hold għal madwar 20 minuta.

Sorsi tal-Gvern qalu li r-riżorsi allokati lill-hotline kienu qed jiġu ttripplikati, filwaqt li n-nies li qed jagħmlu swabbing dalwaqt se jirdoppja biex jissodisfa d-domanda.

Facebook / Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI