It-Temp Illum Mistenni Jkun Ftit Imsaħħab B’Waqtiet Twal Xemxin

temp

It-temp illum mistenni jkun ftit imsaħħab, b’waqtiet twal xemxin matul il-ġurnata, skont il-paġna It-Temp Madwarna. Iċ-ċans ta’ xita huwa relattivament baxx u mistenni jkun ta’ madwar 25%.

Ir-riħ se jkun ħafif, b’qawwa ta’ bejn F2 u F3, u l-aktar mil-Lvant, filwaqt li l-baħar se jibqa’ ħafif.

It-temperatura massima mistennija tilħaq it-29°C, iżda minħabba l-umdità u l-kundizzjonijiet tat-temp, it-temperatura tinħass sa 33°C.

Matul il-lejl, l-inqas temperatura mistennija tinżel għal 22°C, filwaqt li l-indiċi UV se jkun ta’ 7, għalhekk huwa rakkomandat li wieħed jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra x-xemx.

Il-paġna qasmet ukoll ritratt sabiħ miġbud ilbieraħ mill-Gżira Manoel, fil-limiti tal-Gżira, b’ringrazzjament lil Robert Magro talli pprovda r-ritratt.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI