Wara li rċieva bosta xewqat sbieħ fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, Steven Dalli ħa l-opportunità sabiex jirringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġ.
Apparti li qara l-messaġġi kollha li rċieva, tant apprezza kull wieħed minnhom, filwaqt li rringrazzja lil kulħadd għall-kliem sabiħ u l-awguri.
"39 sena għaddew u tibda t-triq lejn l-erbgħin! Grazzi Mulej," kiteb Steven. Fl-istess messaġġ, huwa esprima wkoll il-gratitudni tiegħu għal dan il-mument speċjali f’ħajtu.
Awguri mill-qalb Steven!