It-Temperatura Se Tilħaq L-34°C Illum – Iżda Ż-Żieda Fis-Sħab Tista’ Ttaffi Xi Ftit Is-Sħana

Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-paġna Mid-Djajru Tat-Timba, illum it-Tlieta mistenni jkollna ġurnata fil-biċċa l-kbira xemxija, għalkemm matul il-jum mistenni jiżdied is-sħab.

Dan jista’ jgħin biex it-temperatura tinħass xi ftit inqas, minkejja li l-ogħla temperatura mistennija xorta waħda tilħaq l-34°C. L-inqas temperatura mistennija tkun ta’ 26°C. It-temperatura tal-baħar bħalissa tinsab madwar id-29°C, filwaqt li l-umdità rreġistrata dalgħodu kienet ta’ 70%.

F’dak li għandu x’jaqsam mar-riħ, dan mistenni jkun ħafif matul is-sigħat ta’ filgħodu, iżda aktar tard għandu jissaħħaħ u jsir moderat, b’Forza 3 li tmiss ma’ Forza 4.

Matul il-lejl, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab.

Jidher għalhekk li minkejja s-sħana tas-sajf, iż-żieda fis-sħab tista’ tagħmel it-temperaturi għoljin tal-lum jinħassu xi ftit aktar tollerabbli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI