Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Maltese Islands Weather żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati għal darb’ oħra b’dak kollu li għandu x’jaqsam mat-temp.
Huma bdew billi qalu, “t-temperaturi massimi se jkomplu jilħqu minn 28°C sa 30°C sa minn ta' l-anqas ġimgħa oħra. Dawn il-valuri huma madwar 6°C ogħla mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena. Għaxar snin ilu, sewwa sew fit-13 ta' Ottubru 2013, kienet tkejjlet l-ogħla temperatura li qatt kienet ġiet imkejjla f'Ottubru.”
Komplew billi qalu li, “dakinhar kienet telgħet 32.9°C. Jidher ukoll li l-istennija għal xita sinifikanti u mifruxa se tkun waħda frustranti. Din tixbah ukoll dak li rajna għaxar snin ilu, meta domna nistennew sa Novembru għal daqsxejn xita diċenti.”