Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Forzi Armati ta’ Malta tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar it-timijiet tal-futbo, tal-Forzi Armati ta’ Malta u r-rikonoxximent li rċevew riċentament.
Huma qalu, “Nhar l-Erbgħa li għadda, l-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-Brigadier Clinton O’Neill, iltaqa’ mal-plejers, il-kowċis u l-istaff tat-timijiet tal-futbol tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-Other Ranks’ Canteen, il-Barracks ta’ Ħal Luqa, bħala rikonoxximent għas-suċċessi li kisbu f’dan l-istaġun it-timijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-kampjonati tal-Malta Employees Sports Association (MESA).”
Żiedu jgħidu, “Għal din l-okkażjoni speċjali kien preżenti wkoll il-Kaptan Dylan Caruana, li bħalissa għaddej minn proċess ta’ riabilitazzjoni. Il-Forzi Armati ta’ Malta jesprimu s-sostenn kontinwu tagħhom u jawgurawlu fejqan ta’ malajr. Prosit lill-plejers, lill-kowċis u lill-istaff kollu għas-suċċessi miksuba u talli komplew jirrappreżentaw lill-Forzi Armati ta’ Malta bl-aħjar mod possibbli.”