Filli ma rnexxilux jasal sal-live shows fl-istaġuni passati, u filli spiċċa fil-finali ta’ X Factor Malta! Finalist ieħor li rajna s-Sibt li għadda kien Miguel Bonello Stewart. Bla dubju li ħalla impatt qawwi fil-kompetizzjoni u fil-karriera tiegħu, u wriena min verament hu.
Mill-ewwel awdizzjoni tiegħu u mill-ewwel live show, Miguel impressjona u ta indikazzjoni li ser ikun wieħed mill-favoriti. Fost il-mumenti li ser jibqgħu prezzjużi għal Miguel huwa meta kanta ma’ Michela Pace, l-ewwel rebbieħa ta’ X Factor Malta.
Hu kiteb, “Nista’ nkun iktar fortunat? Kelli ċ-ċans inkanta Shallow mal-ewwel rebbieħa ta’ X Factor Malta. It-tnejn li aħna bdejna mix-xejn. Ħadd ma kien jafna… u ara fejn aħna issa. Nifhem ħafna lil Michela – il-vjaġġ tagħha, is-saħħa tagħha, il-passjoni tagħha.”
Fuq il-midja soċjali Miguel jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn l-appoġġ kontinwu li rċieva mill-pubbliku u s-segwaċi kollha tiegħu, u jinsab lest għal aktar proġetti fil-futur. Fuq il-midja soċjali hu qasam diversi ritratti u mumenti tul il-vjaġġ.
Prosit kbira Miguel! Int ukoll kont parteċipant, u eventwalment finalist, li ħa tibqa’ mfakkar u maħbub mill-pubbliku!
Facebook/ Miguel Bonello Stewart