Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-sindku tal-Belt Valletta Olaf Mckay qasam kelmtejn rigward Valletta FC fejn qed jiktbu storja ġdida.
Beda billi qal, “Illum il-Valletta FC qed jiktbu storja ġdida, ħolma li saret realtà. Il-klabb tal-Valletta FC, bħal kull Klabb ieħor, jistħoqqilhom sit, ground għat-training u faċilitajiet sportivi denji għall-players, iż-żgħażagħ u t-tfal, il-ġenerazzjoni futura.”
Kompla billi żied jgħid, “Nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lill-Prim Ministru Robert Abela u lit-team kollu tiegħu tal-appoġġ kontinwu, kif ukoll lill-President u lit-team tal-klabb. Flimkien konna f’kuntatt kontinwu, illum nistqarr li ninsab emozzjonat daqskom li qed naraw dan iseħħ. Dan jikkumplimenta mal-proġett tal-operat tal-parking fid-ditch li ħabbart ftit ilu u jibni futur aktar sod għall-klabb u għall-Belt. Għal kull min għandu għal qalbu l-futbol lokali ta’ pajjiżna.”