Bit-tir li jgħin lill-eluf li qed isofru l-ġuħ fil-Palestina, raġel Eġizzjan beda inizjattiva fejn waddab fliexken mimlija ross u dqieq lejn il-baħar mill-kosta Eġizzjana bit-tama li l-mewġ iwassalhom lejn il-kosta ta’ Gaża.
“Nittama li dawn il-fliexken jirnexxielhom jaslu Gaża,” saħaq ir-raġel fejn ħeġġeġ lin-nies sabiex jingħaqdu f’din l-inizjattiva miegħu u huma wkoll iwaddbu l-fliexken mimlija ross u dqieq.
Skont l-aħħar rapporti li nħarġu hemm madwar terz tan-nies f’Gaża li ilhom jiem ma jieklu.
“Forgive us our brothers, there’s nothing we can do.”
– An Egyptian man throws bottles filled with food, hoping they would reach Gaza. pic.twitter.com/Z0RL6o9Ym1
— Warfare Analysis (@warfareanalysis) July 24, 2025
Ritratti: X / Warfare Analysis