Qatt dħalt ġirja f’ħanut biex tagħti daqqa t’għajn… u spiċċajt b’xiri ta’ affarijet li ma kellekx bżonn? Dan mhux każ ta’ dgħufija — imma huwa effett magħruf bħala emotional priming.
Il-psikoloġija turi li moħħna jista’ jiġi attivat minn ħsejjes, riħa, kuluri jew mużika li jqanqlu ċerti emozzjonijiet. Skont studju fil-Journal of Consumer Psychology, mużika rilassanti jew riħa ħelwa bħal ta’ vanilla tista’ tħajjar il-konsumatur lejn ix-xiri, xiri ta’ affarijiet mhux essenzjali.
Barra minn hekk, meta nkunu emottivament vulnerabbli — għajjenin, imdejqin, jew b’apatija— il-moħħ faċli jfittex gratifikazzjoni immedjata. Il-prodotti sbieħ u ppakkjati b’mod attraenti joffru sens ta’ premju u kontroll. Ngħidu lilna nfusna: “Jien għajjiena, imma dan l-oġġett ħaqqni nixtrih.”
Dan ma jfissirx li ma għandniex nixtru – iżda li nieħdu pass lura u nistaqsu: Dan l-oġġett verament għandi bżonnu? Huwa neċessita jew sempliċement qed infittxu distrazzjoni biex naljena?
Ix-xiri jista’ jkun ta’ gost – imma meta nkunu konxji mill-għażliet tagħna, nibdew nixtru b’iktar għaqal… u b’aktar paċi.