Il-Paġna tal-Infrastruttura Malta qed ittella’ dan l-avviż rigward xogħlijiet li qed isiru fi Triq Għajn Tuffieħa.
“Ix-xogħlijiet f’Għajn Tuffieħa waslu fl-aħħar fażi tagħhom.Wasal fl-aħħar stadju x-xogħol fi Triq Għajn Tuffieħa, fejn apparti mill-bini mill-ġdid tat-triq u xogħlijiet t’asfalt, għaddejna wkoll sistema ġdida ta’ drenaġġ, provvista tal-ilma prinċipali u konnessjonijiet ġodda tan-new water.
Għaldaqstant, ġentilment nitolbukom għall-koperazzjoni sabiex fejn hu possibbli, jintużaw toroq alternattivi sakemm ix-xogħol jiġi finalizzat. Din l-aħħar fażi tal-proġett mistennija titlesta sa ġimagħtejn oħra.”