“Ix-Xogħol Tiegħi Hu Li Nieħu Gost Fuq Dak Il-Palk Waqt Li Nnissel Tbissima Fuq Wiċċ In-Nies” – Ella Henderson

Gwida.mt kellha ċ-ċans li ssaqsi lil Ella Henderson, li se tkun waħda mill-artisti li din is-sena se jkunu qed iżuru lil Malta għal Isle of MTV dwar l-esperjenza tagħha f’Malta, peress li din mhux l-ewwel darba li din il-kantanta internazzjonali qed iżżur pajjiżna.

Ella tgħidilna, “L-aħħar darba li żort Malta, kelli ċ-ċans inżur il-belt il-qadima u partijiet mill-Imdina mal-għarus tiegħi Jack. Kont ilni xi żmien nixtieq ġiżirana tad-deheb b’San Kristofru, u Jack sabli waħda perfetta f’ġojjellerija ċkejkna u sabiħa hemmhekk. Il-ġiżirana nilbisha kuljum u dejjem tfakkarni f’dak il-mument sabiħ tagħna nimxu fl-irkejjen tal-belt il-qadima fix-xemx. Ħadna gost immens nesploraw u ppruvajna xi ikel lokali mill-aqwa!”





Isle of MTV ġabet varjetà kbira ta’ artisti fil-Gżejjer Maltin matul is-snin, u ħolqot mumenti li jibqgħu fil-memorja kemm għall-partitarji lokali kif ukoll internazzjonali. Xi jfisser għalik li tkun parti minn dan l-avveniment kbir, li jiġbed eluf ta’ nies fiżikament u jilħaq miljuni ta’ telespettaturi madwar id-dinja?

Il-fatt li Ella se tkun parti minn Isle of MTV ta’ din is-sena ċertament hu ta’ unur. Hi tgħidilna, “Naħseb li hija xi ħaġa meraviljuża u jien kburija ħafna li se nkun parti minn din il-lejla spettakolari! Inħobb ngħaqqad lin-nies flimkien, minn kull sfond, permezz tal-mużika u noħloq spazju sigur u ferħan. Fl-aħħar mill-aħħar, ix-xogħol tiegħi hu li nieħu gost fuq dak il-palk waqt li nnissel tbissima fuq wiċċ in-nies! Bi ħsiebni niġi b’enerġija kbira!”

Awguri Ella! Ħerqana mmens li narawk tagħti wirja spettakolari ġewwa pajjiżna! Għal aktar dettalji wieħed jista’ jżur is-sit uffiċjali billi jidħol HAWN.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI