Ftit ilu ntqajna ma’ dan ir-ritratt li jeħodna lura għas-sena 1975 fejn din l-awtriċi Maltija ħadet dan ir-ritratt ħelu ma’ binha li kellu biss tmien xhur!
Binha huwa magħruf bħala wieħed minn dawk il-personalitajiet Maltin l-aktar sporitvi, nafuh bħala attur kif ukoll bħala mudell.

Fil-fatt l-awtriċi Maria Grech Ganado ġeddiet ftit il-memorji permezz ta’ dan ir-ritratt ma’ binha Xandru Grech. Fil-kummenti bosta qalulha kemm kienet wiċċ wieħed ma’ bintha wkoll. Dan ir-ritratt nistgħu ngħidu li jixhed ukoll kemm taf tippoża din il-mara – mhux ta’ b’xejn Xandru nsibuh bħala mudell brillanti!
Facebook/ Maria Grech Ganado