L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna qed ibassar li iżjed riħ qawwi kif ukoll maltemp li se jġib miegħu għadd ta’ ħalbiet tax-xita se jkunu qiegħdin jolqtu lil pajjiżna fil-jiem li ġejjin.
Fil-fatt huwa mistenni li l-jiem tal-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd se jkunu ddominati mill-qilla tar-riħ li mistennija saħansitra tilħaq il-qawwa ta’ forza 7.
M’huwiex se jonqos ukoll li f’dawn il-ġranet it-temperatura se tkun qed titbaxxa mhux ħażin tant li fil-jum tal-Ħadd mistennija tinżel għall-grad ta’ 9°C.
Dan fl-isfond ta’ diversi ġimgħat li matulhom it-temp xitwi kien fl-aqwa tiegħu tant li ftit ġimgħat ilu laqat lil pajjiżna wkoll iċ-ċiklun Harry li ħalla warajh ħerba liema bħalha f’għadd ta’ nħawi.

Facebook / Malta Weather u Facebook / Malta Diżastru Totali