Illum jagħlaq sninu l-attur komiku Renzo Bonello. Matul is-snin Renzo dejjem irnexxielu jnissel tbissima fost l-udjenza Maltija fost oħrajn bis-sehem tiegħu f’sensiliet televiżivi bħal Qegħdin Sew kif ukoll L-Avukat Gawdenz Bilocca li sal-lum il-ġurnata għadu magħruf sew għalihom.
Fis-snin riċenti Renzo għamel ir-ritorn tiegħu fit-televixin Malti bis-sehem tiegħu fl-aħħar staġun ta’ Division 7, fejn għamel il-parti ta’ Fr David, l-eżorċista.
Illum il-ġurnata Renzo sikwit jieħu sehem fi produzzjonijiet televiżivi flimkien ma’ ibnu l-attur Emerson Bonello. Fost oħrajn flimkien ħadu sehem fis-sensiela Jackpot 4 kif ukoll Għaqda Għoqda, sensiela komika li Renzo nnifsu kien ħa ħsieb jikteb u jidderiġi.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat!
Facebook / Renzo Bonello