John Bundy fakkar il-memorja ta’ missieru li ħalliena erba’ snin ilu. John kiteb, “Jaqaw ħsibt li kont ser ninsik? 4 snin illum ma’ waqaftx minuta naħseb fik.”
Hu jkompli jindirizza lil missieru, “Issa ma tarax Fred, kif qatt nista’ ninsa lilek, tajtni tant, ħdimt tant, issagrifikajt kollox għalija, għamilt wisq magħna. Ħa ngħidlek ħaġa imma, kultant veru nkun inkazzat, inkun irrid nitkellem miegħek u ma nsibekx, naf li tkun qed tismani, imma li ma tkellimnix ninħaraq.”
Hu kompla jżid, “Xorta qatt m’għidtli fejn qiegħed hux? Kulħadd jgħid li tiegħu qedin il-ġenna, allura int kif qatt m’għidtilna lilna, ala dan is-sigriet? Insomma, aħna qedin fil ġenn(a) hawn. Jien dejjem nittama li int qiegħed tajjeb fejn qiegħed u jekk ikollok ftit ħin tkun ħdejn ommi għidilha li nħobbuha wkoll.
John jagħlaq bil-kliem, “Insellimlek Pa u nfakkrekk x’kien jgħid il-kantant favorit tiegħek Jim Reeves… ‘I love you because you understand me, in every single thing I try to do.'”