Jaslu Ħames Ġriewi F’Żewġ Kaxxi Biex Issa Jingħataw Ċans Ġdid Għall-Ħajja – Association For Abandoned Animals

F’żewġ kaxxi waslu ħames ġriewi li kellhom bżonn aktar minn sempliċement dar. Kellhom bżonn lil xi ħadd li jieħu ħsiebhom, jipproteġihom u jagħtihom it-tieni ċans li jixirqilhom.

L-Association for Abandoned Animals laqgħet dawn il-ħames ġriewi minn farm, fejn waslu mgħottija bil-briegħed u l-qurdien. Illum, fortunatament, jinsabu f’post sigur u qed jirċievu l-kura kollha li għandhom bżonn.

Għalissa għadhom mhumiex disponibbli għall-adozzjoni, hekk kif l-ewwel prijorità hija li jingħataw iż-żmien biex jidraw l-ambjent il-ġdid, jiġu eżaminati mill-veterinarju u jirċievu dak kollu meħtieġ biex jibdew ħajja ġdida.

L-għaqda qalet ukoll li diġà ġiet sterilizzata l-ommijiet tagħhom, pass importanti biex ma jitweldux aktar boton mhux mixtieqa.

Sadanittant, kull għajnuna tista’ tagħmel differenza, speċjalment quddiem l-għadd kontinwu ta’ klieb li qed jaslu għand l-għaqda.

Ritratti:

Facebook/Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI