Jay Ir-Rebbieħ Ta’ Big Brother Se Jkun Qed Jaqta’ X-Xagħar B’Xejn Għal Kawża Rigal Bi Mħabba

Jay, ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni ta’ Big Brother, se jkun qed jagħti sehem tiegħu għal kawża nobbli matul tmiem dil-ġimgħa. Għada u l-Ħadd, Jay se jkun qed jaqta’ xagħar b’għan wieħed ċar: li jappoġġja l-inizjattiva Rigal Bi Mħabba.

Min jattendi u jagħti rigal għall-inizjattiva se jingħata qata’ xagħar b’xejn bħala sinjal ta’ ringrazzjament, f’att li jgħaqqad ġenerożità mas-solidarjetà. Din hija opportunità sabiħa biex wieħed jagħmel ġest żgħir li jista’ jagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

Anke dawk li forsi ma jixtiqux jaqgħtu xagħarhom huma xorta mistiedna jittawlu u jagħtu l-appoġġ tagħhom u jkunu parti minn atmosfera ta’ għaqda u mħabba. Il-preżenza flimkien ma’ rigal żgħir tfisser ħafna u tgħin biex din l-inizjattiva tkompli tikber.



Inħeġġu lil kulħadd jattendi, jagħti sehem tiegħu u jxerred il-kelma. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza – rigal żgħir, bi mħabba kbira.





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI