Il-kantanta Sarah Bonnici li s-sena l-oħra rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fl-Isvezja bil-kanzunetta ‘Loop’ sostniet li jekk ikollha l-kanzunetta addattata titħajjar terġa’ tieħu sehem.
F’intervista mal-istazzjon tar-radju 89.7 Bay, Sarah tisħaq li l-esperjenza tagħha fil-Eurovision kienet tirrikjedi ħafna xogħol u stress iżda tistqarr li meta tħares lura tara li “kienet esperjenza sabiħa mmens”.
“Ma nħossnix li għadni lesta għal Eurovision ieħor u allura żgur mhux fil-futur qrib, imma nitħajjar fil-futur,” saħqet il-kantanta.
@897bay Eurovision throwbacks + future thoughts 🎤✨ @sarah_bonnici ♬ original sound – 89.7Bay
Facebook / Malta Eurovision Song Contest u TikTok / 89.7 Bay